Anzjan Iweġġa’ Gravi F’Inċident Tat-Traffiku Fir-Rabat

 Anzjan Iweġġa’ Gravi F’Inċident Tat-Traffiku Fir-Rabat

Raġel ta’ 71 sena li joqgħod Ħaż-Żebbuġ weġġa gravi wara li tard ilbieraħ filgħaxija kien involut f’ħabta fir-Rabat.

L-inċidetn seħħ għall-ħabta tas-7.15 p.m. fi Triq Għajn Kajjet meta l-vittma tilef il-kontroll tal-karozza tal-għamla Subaru u baqa’ dieħel f’ħajt.

Is-sewwieq ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-isptar. Hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com