Bernard Grech: Dwar Partit Riġenerat, Il-Kawża Miftuħa Minn Lovin Malta u d-Donazzjoni T’Adrian Delia
Jum qabel ma’ Bernard Grech se jkun qed jiċċelebra l-ewwel mitt jum tiegħu bħala Kap tal-PN, il-Ħadd filgħodu beda’ b’intervista mill-ġurnalist tal-ġurnal Illum Yendrick Cioffi.
Fl-ewwel reazzjoni tiegħu għall-istħarriġ maħruġ mill-Maltatoday, Grech jgħid li dak li ġie ppublikat illum huwa inkoraġġanti iżda li minkejja dan kollu, għadna ma waslaniex u għadna ma rbaħniex. Il-Kap tal-PN jgħid li dan huwa ritratt li qed jirrifletti x’qed jgħid il-poplu llum. Huwa fidiċjuż fil-poplu Malti li dejjem għamel l-aħjar għażla skont iċ-ċirkostanzi taż-żmien u li l-poplu jrid politiċi maturi u li jgħidu l-verità.
Dwar il-Partit Nazzjonalista, Grech jgħid li qed iżid fil-parteċipazzjoni tan-nies u dan qed iseħħ b’numru ta nies ġodda li qed jesrqu lejħ. “Paġna ġdida għal pajjiżna se tkun it-tema l-ġdida magħżula mill-PN.”
“Se naraw bidliet kbar fil-PN, se nkun qed inbiddel”, saħaq il-kap Nazzjoanlista. ‘Irrid partit riġenerat, b’ideat friski u ideat ġodda b’enfasi speċjali fuq iż-żgħażagħ.”
Dwar l-elezzjoni każwali għas-siġġu vakat mill-eks Ministru Edward Sciculna, il-ġurnalist irrefera għaċ-ċans kbir li l-eks Sindku tar-Rabat Charles Azzopardi finalment jirbaħ dan is-siġġu. Għall-mistoqsija jekk il-Kap tal-PN hux se jaċċetta lil Azzopardi fi ħdan il-PN jekk dan isir membru Parlamentari, Grech wieġbu billi qal li jekk persuna tkun telgħet f’isem Partit Politiku għandha tkun mal-istess partit politiku iżda jekk il-persuna tiddeċiedi differenti tista’ tkun indipendenti u allura jekk ma tkunx mal-gvern, tista’ tkun mal-oppożizzjoni fil-ħidma parlamentari.
Dwar il-każ li se jinfetaħ fil-qorti mill-portal lovinmalta sabiex l-istazzjoniet tal-Partit Politiċi jingħalqu, il-Kap tal-PN jgħid li hu jrid isaħħaħhom għax huma l-porta vuċi tal-Partit. Dwar il-PBS Grech jgħid li mhux qed iservi lill-poplu u allura mhux qed jaqdi d-dmir ta’ xandir nazzjonali għax għandna imparzjalità sħiħa favur il-gvern. Grech jgħid li diment li dik l-imparzjalità fix-xandir nazzjonali ma tintlaħaqx, il-PN se jkompli jkabbar il-vuċi tiegħu anke b’mezzi oħra ġodda, fosthom fuq il-midja soċjali u billi jagħmel il-gazzetti tiegħu online.
Dwar id-donazzjoni ta’ nofs miljun li ppreżenta Adrian Delia f’isem kumpanija barranija, qal li dik id-donazzoini sa issa la saret u l-anqas immaterjat. Grech jgħid li Adrian Delia ma infurmax qabel li kien se jagħmel donazzjoni u prefera li kien ikun ahjar li kieku Delia infumah qabel.