Biex Kienu Qed Jidħku L-Impjegati Tal-Ministru Aaron Farrugia? Bih!

Waqt li kien qed jagħti kumment dwar speċi aljeni invażivi, il-Ministru tal-Ambjent Aaron Farrugia għamel żball li ħass li kien se jagħmel. “Għidtlek li se ngħidha. Fil-karozza għidtilha li se ngħid aljenti żgur!”, qal il-Ministru Farrugia filwaqt li faqqa’ daħqa għall-iżball tiegħu stess.