John Bundy Jingħaqad Ma’ ONE Radio Mill-Ġimgħa D-Dieħla!

 John Bundy Jingħaqad Ma’ ONE Radio Mill-Ġimgħa D-Dieħla!

Clint Bajada, il-kap tal-istazzjon tar-radju ta’ ONE, għadu kemm ħabbar li John Bundy se jkun qed jingħaqad ma’ ONE Radio 92.7 mill-ġimgħa d-dieħla.

Bajada qal li mit-Tnejn 4 ta’ Jannar se tibda’ skeda ġdida ta’ programmi fuq ONE Radio, b’uħud li huma stabbiliti u li ser jitkomplew u oħrajn li huma ġodda għall-istazzjon.

F’din l-iskeda John Bundy se jkun qed jerġa’ jingħaqad ma’ Joe Tanti wara 18-il sena għall-programm Bundy Tanti Connection (BT Connection). Dan il-programm se jkun qed jixxandar nhar ta’ Sibt mis-14:30 sas-17:45. Fil-passat Tanti u Bundy kienu jtellgħu programm tar-radju flimkien fuq l-istazzjon A3FM.

Apparti minn hekk, John Bundy se jkun qed itella’ wkoll il-programm Ma’ Bundy li se jkun qed jixxandar nhar ta’ Ħamis mis-14.00 sal-17.00.

Bajada ddeskriva lil Bundy bħala xandar ta’ esperjenza li se jikkontribwixxi sabiex l-istazzjon ikompli jikber u jissaħħaħ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com