Bil-Filmat: Epifanio Vella Nieqes Mid-Dawl U Addotta Tliet Itfal

 Bil-Filmat: Epifanio Vella Nieqes Mid-Dawl U Addotta Tliet Itfal
“Ma kontx nemmen li jiena għami u kapaċi nagħmel l-pottery”, qal Epifanio fil-programm Popolin fuq TVM.
Epifanio Vella huwa raġel nieqes mid-dawl u jgħix ħajtu bħal ħaddiehor filwaqt li addotta tlett itfal. Illum, huwa l-President tal-Visual, Non Visual Network.
Bid-djalett ħelu, tenna li ħallas it-taxxi bħal ħaddieħor u dejjem ħadem. Fin-Network li semma, qal li jinsab f’Marsaxlokk bħala ‘pilot project’.
Iżjed minn hekk, saħaq li ma tridx titħassar lilek innifsek iżda tgħix u tgawdi u tbati. “Jien illum nista’ nixhed…”
Talab ukoll biex nies bħalu jsibu aktar bibien miftuħin “mhux kull fejn tħabbat issibu magħluq.”

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com