Bil-Filmat: Il-Ministru Owen Bonnici B’Inizjattiva Ta’ Tindif B’Messaġġ Favur L-Ambjent
Dalgħodu, il-Ministru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija Wara COVID-19 Owen Bonnici ħa l-inizjattiva ta’ tindifa (clean-up); waħda fil-bajja ta’ San Tumas f’Marsaskala u l-oħra ħdejn il-Ġibjun fl-Imqabba.
Dan għamlu flimkien mal-membri tas-segretarjat tiegħu li ngħaqdu mal-familji tagħhom u qattgħu n-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu tal-lum is-sibt inaddfu.
“Aħna nemmnu li b’dawn l-inizjattivi qed nibagħtu messaġġ b’saħħtu favur il-bżonn li jkollna iktar indafa pubblika u ambjent miżmum tajjeb. Kulħadd irid jilgħab il-parti tiegħu, mill-kbir saż-żgħir”, tenna l-Ministru Bonnici fuq il-midja soċjali tiegħu.
Qal ukoll li ser ikompli jagħmel attivitajiet simili biex titqajjem kuxjenza u ssir id-differenza fil-lokalitajiet tagħna.
Inizjattiva sabiħa. Prosit tassew!
Ritratt: Vince Piscopo