Bil-Filmat: Jirċievi Ħafna Messaġġi Ħorox Fuq Il-Midja Soċjali…

Johan Mifsud, li huwa fotografu bravissimu tkellem fil-programm Popolin fuq TVM immexxi minn Quinton Scerri dwar il-messaġġi ħorox u iebsin li jirċievi fuq il-midja soċjali.
Dan għaliex propju madwar sentejn ilu, ta bidu għal kontenut fuq il-midja soċjali b’differenza fejn l-iskop tiegħu dejjem kien li jqajjem aktar kuxjenza dwar is-saħħa mentali.
Taħsbu li f’Malta, donnu l-pubbliku jħobb jattakka lil dak/dik li jkun/tkun meta ma jaqbilx miegħu jew ma jgħoġbux xi ħaġa?