Birkirkara FC u Ħamrun S. FC Jħallu Għal Aħħar

 Birkirkara FC u Ħamrun S. FC Jħallu Għal Aħħar

Birkirkara FC ħadu l-massimu tal-punti kontra Mosta FC meta fl-ewwel logħba tal-Ħadd wara nofsinhar fl-iStadium Nazzjonali huma ħarġu rebbieħa 1 – 0. F’partita pjuttost bilanċjata kien l-stripes li baqaw jinsistu sal-aħħar bil-gowl tar-rebħa jasal fil-91 minuta mill-attakant internazzjonali Malti Luke Montabello. B’din ir-rebħa Birkirkara FC telaw jaqsmu r-raba post tal-klassifika b’total ta’ 28 punt flimkien ma’ Sliema Wanderers.

Intant fit-tieni partita l-leaders Hamrun Spartans salvaw punt meta ġew minn wara u ħadu draw kontra Santa Lucia FC. Kien Kevin Ante Rosero li poġġa lit-tim immexxi minn Oliver Spiteri fil-vantaġġ fit-tmiem l-ewwel taqsima bl-stess plejer jagħmilhom 2 – 0 mas-siegħa logħob.

Fil-77 minuta Ailton Jorge dos Santos Soares naqqas id-distakk għal Ħamrun iżda fil-90 minuta huma spiċċaw jilgħabu b’plejer anqas meta Emerson Marcelina intwera t-tieni karta safra. Erba minuti fuq il-ħin regolamentari Franklin Sasere ġab id-draw għal Hamrun għal skor finali ta’ 2 – 2.

B’dan id-draw Hamrun baqaw jgawdu vantagg ta’ żewġ punti fuq Hibernians FC f’ras il-klassifika.

 

Ritratt: Mark Zammit Cordina Photography

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com