Man. Utd Jeliminaw Lil Liverpool Mill-FA Cup

 Man. Utd Jeliminaw Lil Liverpool Mill-FA Cup

Fl-aktar logħba mistennija mir-raba rawnd tal-FA Cup, Manchester United f’darhom għelbu lil Liverpool 3 – 2.

Kien l-Egiżżjan Mohammed Salah li fetaħ lis-skor u poġġa lil Liverpool fil-vantaġġ iżda Mason Greenwood ġab id-draw għar-red devils bil-partita tibqa f’parita ta’ 1 – 1 sat-tmiem l-ewwel taqsima. Marcus Rashord poġġa lil United għal ewwel darba fil-vantaġġ fil-48 minuta b’Salah għaxar minuti wara jġib id-draw għal Liverpool.

Il-Portugiż Bruno Fernandes skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa fil-78 minuta direttament minn free-kick.

F’logħbiet oħra li kellna l-Ħadd wara nofsinhar, Chelsea rebħu kontra Luton T. 3 – 1, Burnley għelbu lil Fulham 3 – 0 barra minn darhom u Leicester City dawru telfa f’rebħa meta barra minn darhom ukoll għelbu lil Brentford.

 

Ritratt: BBC

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com