Brown’s Jirbħu ‘The Pharmacy Of The Year Award’
Il-Malta Healthcare Awards organizzati minn Dynamic Events ippremjaw lill-kumpanija farmaċewtika Brown’s bħala The Pharmacy of the Year Award f’avveniment li sar ilbieraħ filgħaxija; kollox organizzat bi prekawzzjoni ta’ waqt il-pandemija.
Dawn l-awards jippremjaw professjonisti fil-qasam medika li jmorru oltre mid-dmir tagħhom biex jagħtu servizz lis-soċjetà biex jassiguraw l-aqwa servizz lill-pazjenti u l-klijentela Maltija.
Brown’s Pharmacy rebħu dan l-award prestiġġjuż. Intant, il-kumpanija Brown’s ftit ilu għadha kemm ħabbret il-ftuħ tal-20 spiżerija tagħhom li tinsab f’San Ġwann.
Awguri.