“Hemm bżonn qafas ċar u sod sabiex nipproteġu l-adulti vulnerabbli fil-qasam tal-ġustizzja”

 “Hemm bżonn qafas ċar u sod sabiex nipproteġu l-adulti vulnerabbli fil-qasam tal-ġustizzja”

Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis ħa sehem f’Kunsill Ministerjali Informali tal-Ministri għall-Ġustizzja organizzat taħt il-Presidenza Portugiża tal-Kunsill Ewropew, liema laqgħa kienet l-ewwel waħda taħt il-Presidenza Portugiża tal-Kunsill Ewropew.

Id-diskussjoni ffukat fuq l-adulti vulnerabbli, id- diġitizzazzjoni tal-ġustizzja u l-proprjetà intelletwali, u l-ġlieda kontra prodotti kontrafatti fis-suq intern. Matul dan kollu, il-Ministru tenna kemm huwa importanti li jkollna sistema ġudizzjarja aċċessibbli u universali għal kulħadd, mingħajr diskriminazzjoni. Kompla jgħid li huwa importanti ferm li nipproteġu n-nies vulnerabbli kollha fissoċjetà tagħna.

Enfasizza dwar integrazzjoni għal kulħadd, inkluz anzjani vulernarabbli.

Għaldaqstant il-Ministri Ewropej kollha tennew li l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Hague tassena 2000 hija ferm importanti u trid tiġi ffirmata u ratifikata minn kull Stat Membru. Malta għaddejja bil-proċess ta’ tfassil ta’ qafas legali li wara jagħmel possibbli l-iffirmar u r-ratifikar tat-tali konvenzjoni.

Is-suġġett tal-proprjetà intelletwali fil-qasam mediku ġie diskuss f’termini li ninsabu f’nofs pandemija globali, ġaladarba kien hemm dawk li ngħidulhom ‘counterfeit medicines’. Reati ta’ proprjetà intellettwali huma ta’ detriment għall-ekonomija, liema reati jnaqqsu l-innovazzjoni u rriċerka, filwaqt li joħolqu theddida serja għall-kumpaniji tagħna li huma serji u onesti. Għalhekk ilMinistru saħaq li rridu nsibu mezzi biex il kumpaniji u l-ekonomiji tagħna ma tkux mhedda minn prodotti jew marki ta’ kuntrabandu.

Fuq il-qasam tad- diġitizzazzjoni tal-ġustizzja, l-Ministru Zammit Lewis kompla jgħid li rridu jkollna sistemi innovattivi u li jwasslu għal aktar aċċess tal-ġustizzja sabiex b’hekk ikollna wkoll aktar effiċjenza fil-ġustizzja u l-qrati tagħna. Dan jibqa’ importanti għaliex irridu nimxu l-quddiem f’dak li għandu x’jaqsam is-saltna ta’ dritt, kemm fuq livell nazzjonali u kemm internazzjonali. L-istqarrija tgħid li l-Ministru għarraf lill-ministri kollegi li Malta għamlet diversi passi ta’ ġgant fid-diġitizzazzjoni, fakkar li Malta qiegħda tagħmel investiment bla preċedent f’dan il-qasam li huwa tant importanti f’kull settur talħajja u mhux biss dak tal-ġustizzja. Kompla jtenni li għandna nieħdu vantaġġ mill-iżvilupp teknoloġiku sabiex inkomplu nsaħħu l-proċess ġurdiku tagħna, billi jkollna sistema ta’ ġustizzja aktar aċċessibbli.

Eżempju ċar ta’ dan kollu huwa l-fatt li f’Malta ddaħħlet liġi li permezz tagħna persuni jistgħu jkunu preżenti f’kawża mingħajr il-bżonn tal-preżenza fizika tal-parti jew xhud. Dan huwa biss eżempju wieħed mid-diversi tibdiliet li saru u oħrajn li għadhom irridu jidħlu fis-seħħ.

Matul dan il-Kunsill il-Ministru għall-Ġustizzja enfasizza dwar il-ħtieġa li naħdmu aktar favur iċ-ċittadini tagħna, is-saltna tad-dritt u l-governanza tajba. Tenna li dan kollu huwa rifless fit-tibdil leġislattiv immexxi mill-Amministrazzjoni Abela u liema proċess ser jibqa’ għaddej b’saħħa fix-xhur li ġejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com