Ċajta Ta’ Fr Rob Dwar L-Erbgħa Tal-Irmied Tintlaqa’ Ħażin Minn Xi Wħud!
Il-qassis Malti li jgħix fl-Awstralja Fr Rob Galea huwa magħruf għas-sens ta’ umoriżmu u l-attitudni żagħżugħa u rilassata tiegħu; attitudni li bla dubju tattira diversi żgħażagħ lejh u anki lejn il-Knisja.
Fl-aħħar jiem huwa tella’ stampa umoristika dwar kif għandu jsir l-Erbgħa tal-Irmied din is-sena, minħabba l-pandemija. Ir-ritratt juri lill-kok magħruf bħala Salt Bae liebes ta’ qassis filwaqt li jagħmel il-mossa ikonika tiegħu li permezz tagħha ssoltu jkun qed iroxx il-melħ fuq il-laħam. Skont Fr Rob, din hija mossa li permezz tagħha qassis jista’ jitfa’ l-irmied fuq l-irjus filwaqt li jżomm ftit aktar distanza mis-soltu.
Intant, kien hemm uħud li ħassewhom offiżi biċ-ċajta ta’ Fr Rob u b’hekk huwa appellalhom sabiex jirrilassaw ftit.