Conrad Neil Gatt Jesplora Għar Sigiret U Jdum Sagħtejn u Nofs Biex Jirnexxielu Jerġa’ Joħroġ

 Conrad Neil Gatt Jesplora Għar Sigiret U Jdum Sagħtejn u Nofs Biex Jirnexxielu Jerġa’ Joħroġ

Conrad Neil Gatt bi vlog ieħor mimli adrenalina, nuqqas ta’ ossiġnu, avventura u riskju. Conrad din id-darba mar jesplora għar li huwa moħbi sew. Huwa qal li dan l-għar huwa wieħed perikoluż sabiex taċċessah, u huwa fond madwar 100 metru, infatti hu dam madwar sagħtejn u nofs biex irnexxielu jerġa’ joħroġ.

“Qatt ma esperjenzajt avventura mill-isbaħ u tal-għaġeb hekk… waħdi… taħt l-art fonda … f’għar li deher li ma tispiċċa qatt”, qal Conrad Neil Gatt.

Huwa rrimarka li din l-avventura kienet waħda perikoluża ħafna u b’hekk ikun aħjar li wieħed igawdi dan l-għar permezz ta’ dan il-vlog, mill-kumdità ta’ daru.

Conrad Neil Gatt jirreferi għal dan l-għar bl-isem fittizju ta’ Għar Ralek. Huwa juża’ isem fittizju sabiex kemm jista’ jkun jillimta l-aċċess għal dan l-għar, għal 4 raġunijiet prinċipali. L-ewwelnett għaliex l-aċċess għalih huwa kemmxejn perikoluż u jirrikjedi ħafna riskju, it-tieni għax il-post fejn jinsab dan l-għar huwa sensittiv wisq, it-tielet sabiex jipprevjeni li dan l-għar ikun ivvandalizzat aktar minn graffiti u sprej mingħajr sens, u r-raba’ sabiex jipproteġi l-ispeċi tal-friefet il-lejl li jinsabu f’dan l-għar li huwa kemmxejn rari f’Malta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com