Żagħżugħ Ta’ 17-Il Sena Jindarab F’Sit Ta’ Kostruzzjoni F’Ħal Farruġ

 Żagħżugħ Ta’ 17-Il Sena Jindarab F’Sit Ta’ Kostruzzjoni F’Ħal Farruġ

Żagħżugħ Sirjan ta’ 17–il sena, qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fl-akwati ta’ Ħal Farruġ.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza tagħha minħabba li kien weġġa’ ħaddiem.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li l-ġuvni sofra xi ġrieħi għax waqa’ minn sellum.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-incident għadha għaddejja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com