Cristiano Ronaldo Investigat Mill-Pulizija Taljana Wara Li…

Il-plejer tal-futbol ta’ Juventus Cristiano Ronaldo qed jiġi investigat mill-pulizija Taljana fuq vjaġġ li allegatament ħa biex jiċċelebra għeluq snin it-tfajla tiegħu.
Huwa akkużat li kiser ir-regoli tal-Covid-19 billi vvjaġġa bejn ir-reġjuni tal-Piemonte u Valle d’Aosta.
Il-Filmat li issa ġie mħassar wara li tpoġġa fuq il-midja soċjali, wera lill-koppja fuq snowmobile f’post fil-muntanji, dakinhar stess meta Georgina Rodriguez għalqet 27 sena.
L-Italja bħalissa qed tesperjenza mijiet ta’ mwiet u bosta infezzjonijiet kuljum.