“Dik Il-Madonna Li Sraqtu, Berkitna!” – Lil Joseph Il-Pesu Weġġgħulu Qalbu
Il-Mellieħi Joseph Scicluna magħruf bħala l-Pesu, tella’ filmat biex jirringrazzja lill-Infrastructure Malta u lil ħafna u ħafna nies li ċemplulu wara episodju ikrah li għadda minnu sbieħ illum hekk kif mar fl-għalqa li jieħu ħsieb flimkien ma’ wliedu u sab is-siġar imqaċċtin u n-niċċa tal-Madonna mkissra.
Iżda Infrastructure Malta ċemplulu personalment u reġgħu offrewlu s-siġar li nsterqu u li ser ikun qed iħawwel għada mill-ġdid.
Lil min jaf lil Joseph, jaf kemm hu bniedem ta’ żaqqu f’fommu iżda l-qalb kbira tad-deheb li għandu, hija rari mmens.
Ħu ħsieb Joseph u kuraġġ, ibqa’ li int u ferraħ lil dawk li jkollhom ix-xorti jsiru jafuk. Kienet x’kienet ir-raġuni, qatt ma jittranġa xejn bi tpattija iżda bid-djalogu.