Filmat: Ittrasforma L-Emozzjonijiet u L-Ħsibijiet Li Qanqlet Il-Pandemija F’Noti Mużikali

 Filmat: Ittrasforma L-Emozzjonijiet u L-Ħsibijiet Li Qanqlet Il-Pandemija F’Noti Mużikali
Rain huwa l-isem ta’ kompożizzjoni mużikali bil-pjanu minn Luke Agius.
“Nippreżentalkom l-vidjow uffiċjali ta’ Rain, waħda mit-tlett siltiet mużikali oriġinal bil-pjanu li se nkun qed nippubblika din is-sena”, qal Agius ma’ Strada Rjali.
Luke ħoloq dawn is-siltiet wara li ġie spirat mill-ġranet diffiċli li ġabet magħha l-pandemija. Huwa jgħid li għażel li jsakkar lilu nnifsu fl-istudjo u esprima l-ħsibijiet li kellu f’moħħu u dak li kien qiegħed iħoss permezz ta’ noti mużikali. Rain hija biċċa mużika li nkitbet b’passjoni u li tesprimi l-vjaġġ emozzjonali ta’ Luke Agius matul il-pandemija tal-Covid–19.
“Din il-melodija turi passjoni pura li tinħass ma’ kull nota”, tenna Agius.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com