Draw Bejn Hibs u Floriana Filwaqt li Gudja Jirbħu Fl-Aħħar

 Draw Bejn Hibs u Floriana Filwaqt li Gudja Jirbħu Fl-Aħħar

Fl-ewwel logħba li intlagħbet is-sibt fl-iStadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, Hibernians u Floriana ħadu punt kull wieħed fid-draw ta’ 1 – 1. Hibernians fil-vantaġġ fl-20 minuta permezz ta’ Dunstan Vella liema skor baqa’ dak ta’ 1 – 1 sal-interval. Fil-56 minuta Kristian Keqi ġab id-draw għal Floriana bil-partita tintemm 1 – 1. Il-partita kienet ikkontrollata minn Malcolm Spiteri.

Intant fl-ewwel partita fil-Hibernians Stadium Gudja United għelbu lil Lija b’penalty kontroversjali fil-88 minuta. Yuri De Jesus Messias skorja mill-11 il-metru f’dik li possibilment kienet l-aħħar partita tiegħu bil-flok ta’ Gudja hekk kif mistenni li jkompli bil-karriera tiegħu fil-Bahrain. Din il-partita kienet ikkontrollata minn Etienne Mangion.

Ritratt: MFA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com