Edwin Vassallo Jgħid Lil Ġurnalist Jiftaħlu L-Bieba Tal-Karozza Wara Li Ma Weġbux

 Edwin Vassallo Jgħid Lil Ġurnalist Jiftaħlu L-Bieba Tal-Karozza Wara Li Ma Weġbux

Id-deptut Nazzjonalista Edwin Vassallo talab lil ġurnalist ta’ ONE NEWS biex jitfaħlu l-bieba tal-karozza wara li naqas milli jwieġeb għad-domandi li sarulu fuq is-sitwazzjoni fil-grupp parlamentari tal-Partit Nazzjonalista.

Fl-aħħar ftit snin, Vassallo flimkien ma’ bosta deputati Nazzjonalisti tkellmu ħafna dwar id-dritt tal-libertà tal-istampa u l-importanza li l-politiċi jirrispettaw lill-ġurnalisti f’pajjiżna. Dan għax fi kliemhom, il-ġurnalisti huma l-qaddejja tal-pubbliku għall-informazzjoni u għalhekk l-importanza tar-rispett tal-politiċi lejn il-ġurnalisti.

Madankollu d-dikjarazzjoni ta’ Vassollo tistona mhux ftit mad-diskors li jingħad mill-klassi politika f’pajjiżna.

S’issa l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin għadu ma lissen l-ebda reazzjoni dwar l-atteġġjament ta’ Vassallo waqt li l-Partit Nazzjonalista baqa’ ma ddissaċċjax ruħu minn dawn id-dikjarazzjonijiet.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com