Esklussiva – Dettalji mil-laqgħat Bejn Il-Unjin U L-Gvern

 Esklussiva – Dettalji mil-laqgħat Bejn Il-Unjin U L-Gvern

Wara li fil-laqgħa tal-bieraħ li damet aktar minn sagħtejn u nofs ma kienx hemm qbil konklussiv, dalgħodu issoktaw il-laqgħat bejn il-partijiet kollha fir-rigward tal-istrajk maħruġ mill-MUT u segwit mill-UPE. Il-laqgħat f’Kastilja bdew fid-9am u damu għaddejjin.

Is-sit StradaRjali.com huwa infurmat li fuq talba tal-unjins tal-għalliema ġie mistieden għal-laqgħa Dr. Vincent Marmara sabiex jagħmel analiżi tas-sitwazzjoni preżenti f’pajjiżna u fl-iskejjel fir-rigward tal-Covid-19. Infurmati li kien abbażi ta’ din l-ispjega u interpretazzjoni numerika li aktar tard tul dawn il-laqgħat intlaħaq ftehim/żblokk.

F’din il-laqgħa kien hemm preżenti l-Prim Ministru Robert Abela,is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci, il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana, is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Edukazzjoni Frank Fabri, rappreżentanti tal-Unjins, rappreżentanti tal-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja u Indipendenti flimkien ma’ Vincent Maramara.

Hu mistenni li fil-ħin illi ġej ser jitħabbar il-ftehim bejn il-partijiet konċernati.

AĠĠORNAMENT

Fl-aħħar ħin jidher li ġew skedati ukoll numru ta’ laqgħat oħra sabiex ikun spjegat fid-dettal l-eżidu tal-laqgħat li saru bejn il-Gvern u l-unjins tal-ħaddiema. S’issa jidher li ġew skedati żewġ laqgħat waħda mal-uffiċjali mill-iskejjel tal-Knisja u laqgħa oħra flimkien ma’ ammont sostanzjali ta’ membri mill-Unjin tal-Għalliema; MUT.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com