F’Għeluq Sninu Jappella Biex Jgħinuh Jiġbor Għall-Fondazzjoni Nazareth

“Wasalt biex niccelebra l-45 sena minn twelidi. Kulħadd għadda sena mhux faċli. Kif ninsabu fil-bidu ta’ din is-sena nixtieqek tghini nigbor somma sabiħa b’risq Fondazzjoni Nazareth…”, kiteb il-preżentatur Etienne Schembri fuq facebook.
Etienne huwa wieħed mid-Diretturi ta’ din il-Fondazzjoni li taħdem qatigħ b’riżq il-persuni bi bżonnijiet speċjali li twaqqfet minn Dun Anġ Seychell.
Jekk tridu tagħtu sehemkom, tistgħu tagħmlu dan permezz ta’ sms għall-valur ta’ €6.99 fuq 50618821.
Awguri Etienne, ġest tassew sabiħ!