“Fil-Party Ta’ Liem DJ Kien Qed Jieħu L-Kokaina S-Supretendent?” – Joven Grech
B’reazzjoni għas-Supretendent tal-Pulizija li nqabad li abbuża mid-droga kokaina fl-aħħar jiem, id-DJ Joven Grech esprima d-diżappunt tiegħu lejn il-Korp tal-Pulizija li skontu spiss jassoċja lid-DJs lokali mad-droga.
Huwa saħaq li diversi DJs li jdoqqu “heavy techno” isibuha diffiċli sabiex jiksbu permessi għall-attivitajiet li jkunu jixtiequ jtellgħu għax, skond Joven Grech, il-perċezzjoni tal-pulizija hija li n-nies jieħdu d-droga minħabba parties b’mużika bħal din.
Fuq il-paġna ta’ Facebook, Joven Grech qal hekk: “Il-fatt li jpoġġu kundizzjonijiet fuq prestazzjonijiet artistiċi u joħolqu diskriminazzjoni tmur kontra id-drittijiet fundamentali Ewropej. Lili jgħadduni minn infern, skondhom għax indoqq it-tekno, sabiex ituni permess għal attivitajiet ta’ 300 ruħ. Dħalt fi spejjes kbar li kienu stupidi.”
Id-DJ Joven Grech staqsa mistoqsija sarkastika lill-Korp tal-Pulizija sabiex iwassal messaġġ: “fliem party u ta’ liem DJ kien qed jieħu l-kokaina is-supretendent?”, staqsa Grech filwaqt li fakkar li “bħalissa l-attivitajiet tad-DJs huma kollha wieqfa”.
Hawn Grech ried iwassal messaġġ li hemm bżonn ta’ biddla fil-kultura li tħares lejn l-attivitajiet organizzati minn DJs bħala festi tad-droga. Permezz tal-messaġġ tiegħu huwa ried juri li sabiex wieħed jieħu d-droga m’hemmx għalfejn ikun qiegħed f’party organizzat minn xi DJ.