“Fil-Party Ta’ Liem DJ Kien Qed Jieħu L-Kokaina S-Supretendent?” – Joven Grech

 “Fil-Party Ta’ Liem DJ Kien Qed Jieħu L-Kokaina S-Supretendent?” – Joven Grech

B’reazzjoni għas-Supretendent tal-Pulizija li nqabad li abbuża mid-droga kokaina fl-aħħar jiem, id-DJ Joven Grech esprima d-diżappunt tiegħu lejn il-Korp tal-Pulizija li skontu spiss jassoċja lid-DJs lokali mad-droga.

Huwa saħaq li diversi DJs li jdoqqu “heavy techno” isibuha diffiċli sabiex jiksbu permessi għall-attivitajiet li jkunu jixtiequ jtellgħu għax, skond Joven Grech, il-perċezzjoni tal-pulizija hija li n-nies jieħdu d-droga minħabba parties b’mużika bħal din.

Fuq il-paġna ta’ Facebook, Joven Grech qal hekk: “Il-fatt li jpoġġu kundizzjonijiet fuq prestazzjonijiet artistiċi u joħolqu diskriminazzjoni tmur kontra id-drittijiet fundamentali Ewropej. Lili jgħadduni minn infern, skondhom għax indoqq it-tekno, sabiex ituni permess għal attivitajiet ta’ 300 ruħ. Dħalt fi spejjes kbar li kienu stupidi.”

Id-DJ Joven Grech staqsa mistoqsija sarkastika lill-Korp tal-Pulizija sabiex iwassal messaġġ: “fliem party u ta’ liem DJ kien qed jieħu l-kokaina is-supretendent?”, staqsa Grech filwaqt li fakkar li “bħalissa l-attivitajiet tad-DJs huma kollha wieqfa”.

Hawn Grech ried iwassal messaġġ li hemm bżonn ta’ biddla fil-kultura li tħares lejn l-attivitajiet organizzati minn DJs bħala festi tad-droga. Permezz tal-messaġġ tiegħu huwa ried juri li sabiex wieħed jieħu d-droga m’hemmx għalfejn ikun qiegħed f’party organizzat minn xi DJ.

Grech saħaq li tkellem mal-Ministru tal-Intern Byron Camilleri dwar il-bżonn ta’ biddla fil-mentalità u l-attitudni tal-Korp tal-Pulizija lejn id-DJs lokali.
“Ix-xogħol tad-DJ huwa li jdoqq il-mużika u mhux biex iġiegħel lin-nies jieħdu d-droga! Huwa xogħol li pulizija li twaqqaf id-droga f’pajjiżna u mhux xogħolna”, għalaq Joven Grech.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com