Filmat Li Jemozzjonak… Il-Mard Ma Neħħhiex L-Arti Minn Ġo Fiha!

 Filmat Li Jemozzjonak… Il-Mard Ma Neħħhiex L-Arti Minn Ġo Fiha!

Marta González, ballerina prima li fis-snin 60 kienet magħrufa sew u meqjusa bħala mill-iprem li kien hemm fix-xena, tidher f’filmat li mar viral, tippruva tinterpreta l-iSwan Lake ta’ Tchaikovsky bil-korjografija li kienet tagħmel hi stess.

F’ħin minnhom tidher tibki u taqta’ qalbha iżda dlonk terġa’ tkompli u tirċievi applaws sabiħ minn dawk preżenti.

González ħakmita l-marda tal-alzheimers li tmewwitlek in-nervituri imma l-arti fiha ma mititx.

Dan il-filmat fih tagħlima wkoll; li rridu napprezzaw il-mument.

 

Ritratt: https://www.classicfm.com/

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com