Gerald Fenech Jgħid Li Rċieva Theddid Kemm Ilu Jagħti L-Aġġornamenti Dwar Il-Covid-19

 Gerald Fenech Jgħid Li Rċieva Theddid Kemm Ilu Jagħti L-Aġġornamenti Dwar Il-Covid-19

Gerald Fenech li matul il-Covid-19 kien jagħti aġġornamenti dwar il-każijiet fuq il-midja soċjal qal li matul l-aħħar xhur irċieva diversi theddid minħabba li kien qed jagħti dawn l-aġġornamenti. Hu qal dan waqt li kien qed jiġi intervistat waqt il-programm l-Erbgħa Fost il-Ġimgħa.

Gerald Fenech qal li hu beda jaġġorna n-nies għaliex bħala ġurnalist kellu sorsi differenti u għalhekk beda jagħti ċ-ċifri dwar il-każijiet pożittivi tal-Covid-19.

Gerald qal lu waqt li kien qed jagħmel dan, kien hemm darba li ġie arrestat u mistoqsi mill-Pulizija dwar dak li kien qed jagħmel.

Gerald Fenech tkellem ukoll dwar id-donazzjoni ta’ €5 li jieħu għal min ikun abbonat għall-informazzjoni u qal li ma jara xejn ħażin għal dak li jagħmel u qal li dan jagħmlu għax jinvolvi ħafna xogħol ta’ riċerka.

Segwi l-intervista f’dan il-link.

https://www.facebook.com/lerbgha/videos/848515065993671

Fil-Programm l-Erbgħa Fost il-Ġimgħa kienet intervistata wkoll il-Professur Charmaine Gauci li qalet li bħalissa s-sitwazzjoni fl-Isptarijiet tinsab taħt kontroll iżda appellat mill-ġdid biex inkunu responsabbli.

Meta mistoqsija dwar kif jidher li s-settur ta-akkomodazzjoni f’Għawdex għal żmien il-Karnival qed jerġa’ jirċievi ħafna reservazzjonijiet, il-Prof Gauci appellat mill-ġdid biex fil-Karnival ma’ jkunx hemm gruppi li jinġabru f’residenza waħda kif sar fil-festi tal-ewwel tas-sena.

https://www.facebook.com/lerbgha/videos/5361501183863680

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com