Grech Iħabbar Ix-Shadow Cabinet Tiegħu – Delia Għażel Li Ma Jkollux Portafoll

 Grech Iħabbar Ix-Shadow Cabinet Tiegħu – Delia Għażel Li Ma Jkollux Portafoll

Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech ħabbar tibdil fix-shadow cabinet tiegħu. Dan wara laqgħat li kellu mal-membri tal-Grupp Parlamentari bl-iskop li jsaħħaħ il-ħidma tal-Grupp fix-xhur li ġejjin.

Din hija lista tar-responsabbiltajiet tal-membri tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista:

Kap tal-Oppożizzjoni
Bernard Grech

Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Parlament u Kelliem għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja
David Agius

Responsabbli mill-Pensjonijiet, Politika dwar it-Tfal, Inklużjoni u Kwalità ta’ Ħajja Aħjar u Social
well-being

Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit u Kelliem għat-Turiżmu
Robert Arrigo
Responsabbli mis-settur tat-Turiżmu

Whip u Kelliem għall-Ambjent u Tibdil fil-Klima
Robert Cutajar
Responsabbli mill-Politika Ambjentali u għar-Riżorsi, Politika dwar Tibdil fil-Klima, Strateġija għallImmaniġġjar tal-Iskart, Proġetti Ambjentali, Żoni Marini Protetti, Natura 2000, Tisbiħ Urban

Segretarju tal-Grupp Parlamentari u Kelliem għall-Ġustizzja
Karol Aquilina
Responsabbli mis-settur tal-Ġustizzja u mir-Riforma Elettorali

Deputat Whip u Kelliem għall-Fondi Ewropej u l-Għaqdiet Volontarji
Kevin Cutajar
Responsabbli mill-Fondi u Programmi Ewropej, State Aid u mis-settur tal-Għaqdiet Volontarji u Non Governattivi

Deputat Whip u Kelliem għall-Gvern Lokali, Wirt Nazzjonali u ż-Żgħażagħ
Karl Gouder
Responsabbli mill-Gvernijiet Lokali, l-Indafa Pubblika, l-Wirt Nazzjonali, Kultura u l-Arti u żŻgħażagħ

Deputat Speaker u Kelliem għall-Politika Soċjali u l-Familja
Claudette Buttigieg
Responsabbli mill-Politika Soċjali, Politika dwar il-Familja, Sigurtà Soċjali u Servizzi ta’ Solidarjetà, Protezzjoni tal-Konsumatur u Membru tal-Covid Action Team

Kelliem għax-Xogħol, Taħriġ, Kompetittività u Intrapriża
Jason Azzopardi
Responsabbli mis-settur tax-Xogħol u t-Taħriġ, Malta Enterprise, Kompetittività u Relazzjonijiet
Industrijali

Kelliem għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u l-Ġlieda kontra l-Faqar
Ivan Bartolo
Responsabbli mis-settur tal-Akkomodazzjoni Soċjali, Politika għal Akkomodazzjoni Affordabbli u lĠlieda kontra l-Faqar

Kelliem għat-Trasport u l-Infrastruttura

Anthony Bezzina
Responsabbli mis-Settur tat-Trasport u l-Infrastruttura, Portijiet, Avjazzjoni u Affarijiet Marittimi

Kelliem għall-Politika dwar l-Ilma u l-Enerġija u l-Iżvilupp Sostenibbli

Ryan Callus
Responsabbli mill-Immaniġġjar tal-Ilma, Politika dwar l-Enerġija, Enerġija Alternattiva, Ħarsien u mmaniġġjar tal-Parks u Widien u l-Iżvilupp Sostenibbli.

Kelliem għad-Drittijiet Umani u l-Governanza Tajba
Therese Comodini Cachia
Responsabbli mid-Drittijiet Umani, Governanza Tajba u r-Rule of Law

Kelliem għall-Finanzi
Mario De Marco
Responsabbli mill-Finanzi u l-Airmalta

Kelliema għall-Iżvilupp Ekonomiku u l-Industrija
Kristy Debono
Responsabbli mis-Settur Ekonomiku, Servizzi Finanzjarji, Gaming, Artijiet, Ħolqien ta’ Setturi Ekonomiċi Ġodda u s-Settur Industrijali.

Kelliema għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità
Maria Deguara
Responsabbli mis-Settur tal-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u membru tal-Covid Action Team

Kelliem għar-Riforma Kostituzzjonali, id-Djalogu Soċjali u x-Xandir Nazzjonali
Joseph Ellis
Responsabbli mid-Diskussjonijiet dwar ir-Riforma Kostituzzjonali, d-Djalogu Soċjali, x-Xandir Nazzjonali u l-Amministrazzjoni Pubblika

Kelliem għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u ċ-Ċittadinanza

Beppe Fenech Adami
Responsabbli mill-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali, l-Immigrazzjoni u ċ-Ċittadinanza

Kelliem għas-Saħħa Mentali u d-Drittijiet tal-Annimali
Mario Galea
Responsabbli mis-settur tas-Saħħa Mentali, Dimensja, ġlieda kontra d-Dijabete u d-Drittijiet talAnnimali

Kelliem għat-Tiġdid Politiku, Riċerka u Innovazzjoni
Claudio Grech
Responsabbli mit-Trasformazzjoni u l-Innovazzjoni tal-Politika tal-Partit Nazzjonalista, tfassil tal-viżjoni Soċjo-ekonomika, l-implimentazzjoni tal-Policy Clusters, tfassil tal-Programm Elettorali, Riċerka, Innovazzjoni, Xjenza u Teknoloġiji u l-pjan tal-irkupru wara l-Covid-19. Membru tal-Covid Action Team.

Kelliem għall-Affarijiet Barranin u Ewropej
Karm Mifsud Bonnici
Responsabbli mir-Relazzjonijiet ta’ Malta ma’ Pajjiżi Barranin

Kelliem għall-Edukazzjoni u l-Isport
Clyde Puli
Responsabbli mis-settur tal-Edukazzjoni, l-Isport, ġlieda kontra l-Obeżità u membru fil-Covid Action Team

Kelliem għal Għawdex
Chris Said
Responsabbli għal Għawdex

Kelliem għall-Ippjanar u l-Industrija tal-Kostruzzjoni
Hermann Schiavone
Responsabbli mill-Ippjanar tal-Iżvilupp, is-Suq tal-Propjetà, l-Industrija tal-Kostruzzjoni, u l-Port Ħieles

Kelliem għas-Saħħa u r-rispons għall-Pandemija
Stephen Spiteri
Responsabbli mis-Settur tas-Saħħa u membru fil-Covid Action Team

Kelliem għall-Ekonomija l-Ħadra u l-Proġetti Kapitali
David Thake
Responsabbli mill-Ekonomija l-Ħadra u l-Proġetti Kapitali.

Kelliem għall-Agrikoltura, Sajd u n-Negozji ż-Żgħar
Edwin Vassallo

Responsabbli mis-settur tal-Biedja u s-Sajd, Ħarsien tad-Delizzji tradizzjonali inkluż Kaċċa u Nsib,
is-settur tal-Koperattivi u s-settur tan-Negozji ż-Żgħar

Id-Deputat Adrian Delia għażel li ma jkollux shadow portfolio.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com