Il-Frontliners U l-Vulnerabbli Se Jkunu Tlaqqmu Sal-Aħħar Ta’ Mejju

 Il-Frontliners U l-Vulnerabbli Se Jkunu Tlaqqmu Sal-Aħħar Ta’ Mejju

Id-deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li sal-aħħar ta’ Mejju se jkunu tlaqqmu l-frontliners u l-vulnerabbli kollha.

F’konferenza tal-aħbarijiet li matulha tħabbar li l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini approva wkoll t-tilqima tal-kumpanija Moderna, il-Ministru Fearne qal li f’nofs Mejju li ġej se tintbagħat stedina fid-djar kollha, biex dawk li jkunu għadhom ma ħadux it-tilqima, jagħmlu appuntament biex jeħduha.

Huwa qal li dawk li għandhom ’il fuq minn 55 sena se jingħataw prijorità.

Spjega li l-Gvern għandu loġistika f’postha biex ikunu jistgħu jingħataw sa 10,000 doża kuljum, u sal-aħħar tas-sajf il-pajjiż se jkun kiseb dik li hi magħrufa bħala herd immunity.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com