“Nerġgħu Nibdew Bil-Kantaliena Biex L-Iskola Ma Tiftaħx U L-Ħwienet Mifqugħin Bit-Tfal”

 “Nerġgħu Nibdew Bil-Kantaliena Biex L-Iskola Ma Tiftaħx U L-Ħwienet Mifqugħin Bit-Tfal”

Martha (isem fittizzju biex nirrispettaw l-identità ta’ omm li bagħtitilna messaġġ privat) tenniet li qed ngħixu f’soċjetà falza fejn nikkritikaw il-ħin kollu u mbagħad aħna nfusna ma nobdux.

“Nerġgħu nibdew bil-kantaliena biex l-iskola ma tinfetaħx u l-ħwienet mifqugħin bit-tfal mal-ġenituri tagħhom. Mur ara l-bandli u l-ħwienet (semmiet ħanut partikolari popolari għall-ikel tat-tfal)”.

Qaltilna wkoll li donnu ħadd ma jaħseb li se taqbad lilu u kulħadd jikteb u jikkritika u ma jagħmel xejn hu. “Irid igawdi kulħadd u sagrifiċċju ħadd, foloz! Anke parties għamlu tat-tfal, mela ma ngħaddux darba mingħajrhom jew. Mhux it-tfal imma l-kbar għax huma l-agħar. It-tfal fihom mitt nies!”

Intom x’taħsbu dwar dan?!

Ritratt: Parents

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com