Il-Gvern Jgħaddi Art Għal Żvilupp Ta’ Padiljun Ġdid Tal-Basketball

Parliamentary Secretary for Sport, Recreation and Voluntary Organisations Clifton Grima presides over the signing of an agreement of transfer of land between SportMalta and Hibs Basketball
Il-gvern għadda art imdaqqsa fiż-Żona Industrijali ta’ Kordin lill-Hibernians Basketball Club biex tiġi żviluppata f’padiljun tal-basketball ġdid
F’konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima ħabbar li, wara numru ta’ snin ta’ stennija, il-gvern permezz ta’ SportMalta għadda art fiż-Żona Industrijali ta’ Kordin, b’qies ta’ 1,338 metru kwadru u b’ċens ta’ 45 sena, sabiex tiġi żviluppata f’padiljun ġdid u faċilitajiet anċillari.
Spjega li permezz ta’ dan it-trasferiment, il-Hibernians Basketball Club se jkollu klabb sportiv kif jixraqlu u li qed ikompli juri l-impenn tal-gvern li jwettaq il-wegħdiet elettorali sportivi tiegħu. Huwa stqarr li dan il-gvern irid irawwem u jsaħħaħ il-kultura sportiva sa mill-etajiet bikrin.
Nadia Mifsud, is-Segretarja fi ħdan Hibernians Basketball Club, saħqet li l-klabb ilu mwaqqaf mill-1984, u li minn dakinhar ‘l hawn il-klabb baqa’ dejjem jikber tant li llum il-Hibernians Basketball Club huwa fost l-akbar bin-numru ta’ atleti fi ħdanu jaqbżu il-250 ruħ, u li minnhom 150 huma tfal u żgħażagħ taħt is-16-il sena.