“Il-Karnival Din Is-Sena Se Jkun Iċċelebrat Virtwalment” – Jason Busuttil

 “Il-Karnival Din Is-Sena Se Jkun Iċċelebrat Virtwalment” – Jason Busuttil

Il-Karnival ta’ din is-sena se jkun iċċelebrat b’mod virtwali minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija. Dan saħqu d-Direttur Artistiku tal-Karnival Jason Busuttil fejn qal li r-riklami tal-attivitajiet tal-karnival kif imodrrijin is-soltu bih fuq facebook, huma foloz.

Ser ikun hemm madwar 6 installazzjonijiet li saru b’disinn minn ex studenti tal-Università u li nħadmu mid-dilettanti u parteċipanti tal-Karnival li ser ikunu mxerrdin madwar Malta.

Il-Qarċilla; teatru tat-triq li s-soltu ssir quddiem il-Kon Katidral ta’ San Ġwann, ser tkun addattata għat-televiżjoni u se tintwera fuq TVM.

Il-jiem tal-karnival għal din is-sena huma bejn it-12 u s-16 ta’ Frar li ġej. Dan ser ikun iċċelebrat kollu b’mod virtwali.

Ritratt: Valletta G-House

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com