Il-MAM Kontra L-Ħruġ Tal-Vouchers Tal-€100 F’Jannar

 Il-MAM Kontra L-Ħruġ Tal-Vouchers Tal-€100 F’Jannar

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija qalet li hija kontra l-ħruġ tal-vouchers tal-€100 li l-Gvern se jkun qed jerġa’ joħroġ biex jgħin lill-familji u lin-negozji f’pajjiżna.

Fi stqarrija, il-MAM qalet li l-Gvern għandu jibqa’ jgħin lill-industrija tat-turiżmu finanzjarjament iżda mhux joħroġ mill-ġdid il-vouchers f’dan l-istadju. Qalet li huma nies bla sens f’moħħhom li jagħmlu dan u żiedet tgħid li dan hu każ fejn tara sa mnieħrek u tgħaffiġha.

Il-MAM żiedet tallega li fl-aħħar jiem tneħħa xi konsulent tas-saħħa li skontha rrakkomanda kawtela dwar il-konsegwenzi tal-ftuħ tal-iskejjel. Dan bla ma semmiet ismu.

Il-Ġimgħa li għadda, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li bil-ftuħ tal-iskejjel iktar hemm tendenza li jonqsu l-każijiet fil-komunità għax il-familji jipparteċipaw f’inqas attivitajiet soċjali.

L-istqarrija żiedet tgħid li llejla se jiltaqa’ l-kunsill tal-MAM biex jagħmel evalwazzjoni tas-sitwazzjoni u jiddeċiedi r-reazzjoni tiegħu għal dan li sejħet episodju ta’ intimidazzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com