Il-PM Jgħid Li L-Vaċċin Tal-Moderna Jinsab Fi Triqtu Għal Malta

Hekk kif tħabbar dalgħodu, il-vaċċin tal-kumpanija Moderna kontra l-Covid-19 jinsab fi triqtu għal Malta
Fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, il-Prim Ministru Robert Abela qal fis-sigħat li ġejjin se tasal f’#Malta, l-ewwel konsenja tal-vaċċin tal-Moderna għall-Covid-19 fuq titjira tal-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta.
Qal li pajjiżna se jibqa’ fuq quddiem biex ilaqqam il-popolazzjoni tiegħu. “Għalina, is-saħħa tal-poplu tagħna kienet, għadha u tibqa’ ta’ prijorità”, qal Dr Abela.