Il-Priġunieri Fil-Faċilità Korrettiva Ta’ Kordin Jaħdmu Maskri Għal Kull Resident F’Raħal Ġdid
Is-Sindku ta’ Raħal Ġdid Dominic Grima ħabbar li minn nhar it-Tnejn kull resident ta’ Raħal Ġdid se jkun qed jingħata maskra b’xejn. Dawn il-maskri se jkunu qed jinħaddmu mill-priġunieri fil-faċilità korrettiva ta’ Kordin.
Mit-Tnejn 25 ta’ Jannar wieħed se jkun jista’ jiġbor il-maskra tiegħu mill-Kunsill filwaqt li jippreżenta l-karta tal-identità.
“Grazzi għall-priġunieri, li wkoll huma residenti f’Raħal Ġdid, li se jkunu qed jaħmdu dawn il-maskri. Jekk Alla irid, bdejna naħdmu fuq aktar inizjattivi u b’hekk daqt se nkunu qed inħabbru dan”, qal is-Sindku Pawlist Dominic Grima.