Il-Prim Ministru Taljan Jirbaħ Il-Vot Ta’ Fiduċja Fis-Senat

 Il-Prim Ministru Taljan Jirbaħ Il-Vot Ta’ Fiduċja Fis-Senat

Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte rebaħ vot ta’ fiduċja fis-Senat b’156 vot favur, 140 kontra u 16-il astensjoni. Minkejja dan, il-Gvern naqas milli jikseb maġġoranza assoluta ta’ 161 vot fil-Kamra Superjuri.

Il-Gvern ta’ koalizzjoni ta’ Conte kellu jmur għall-voti ta’ fiduċja fil-Parlament wara l-kriżi li għadda minnha hekk kif il-Ministri mill-partit Italia Viva  tal-eks Premier Matteo Renzi rriżenjaw. It-Tnejn, il-Gvern rebaħ vot ta’ fiduċja fil-Parlament b’maġġoranza assoluta.

Qabel il-vot, Conte appella lill-leġislaturi minn barra l-koalizzjoni fil-Gvern biex jivvutaw favur il-Gvern f’nofs il-pandemija COVID-19, u ddikjara li l-pandemija għamlitha aktar importanti għall-Gvern tiegħu li jibqa’ għaddej.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com