Il-Pulizija Ttenni L-Appell Dwar Raġel Irrapportat Nieqes
Il-Pulizija kompliet tappella għall-għajnuna fi tfittxija ta’ Marcel Pisani li ġie rrapportat nieqes fl-aħħar tas-sena li għaddiet.
Fi stqarrija, il-Pulizija ppubblikat ukoll ritratt ta’ karozza simili għal dik li x’aktarx qed jagħmel użu minna s-Sur Pisani.
Il-Pulizija fakkret li kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, fuq 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.