“Il-Qawwa Tal-Pinna” – Busuttil Jgħid Li Charmaine Gauci Ħadet Il-Vaċċin Bis-Saħħa Tal-Artiklu Ta’ Kristina Chetcuti
Filwaqt li bħal lum ġimgħa Kristina Chetcuti kitbet fuq Times of Malta dwar it-tħassib tagħha għaliex Prof Charmaine Gauci ma kinitx għadha ħadet il-vaċċin, ilbieraħ Prof Gauci ħadet it-tilqima kontra l-Covid-19.
Fid-dawl ta’ dan, l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, is-sieħeb ta’ Chetcuti, kiteb fuq il-midja soċjali fejn qal li din l-azzjoni minn naħa ta’ Gauci kienet frott tal-kitba ta’ Chetcuti tal-ġimgħa l-oħra. “The power of the pen“, qal Busuttil, filwaqt li annessa screenshot tal-artiklu ta’ Kristina Chetcuti tal-ġimgħa l-oħra u screenshot tal-artiklu li jgħid li Prof Gauci ħadet il-vaċċin tal-Covid-19.