Rebħiet identiċi ta’ 3 – 1 għal Żejtun C. u Sirens

 Rebħiet identiċi ta’ 3 – 1 għal Żejtun C. u Sirens

Fl-aħħar żewġ logħbiet mill-Kampjonat Premier Sirens u Żejtun Corinthians kisbu rebħiet identiċi ta’ 3 – 1 meta għelbu lill-Sliema Wanderers u lill-Senglea Athletic rispettivament.

Fl-iStadium Nazzjonali f’Ta’ Qali Sirens rebħu lill-Sliema 3 – 1. Bittaye poġġa lit-tim minn San Pawl il-Baħar fil-vantaġġ wara 20 minuta logħob b’Domoraud minn penalty eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima jagħmilhom 2 – 0. Lis-stess Domoraud jerġa jsib ix-xibka fil-66 minuta b’Silvano Comvalius jiskorja l-gowl tal-bandiera tlett minuti mit-tmiem.

Fil-partita l-oħra fil-Hibernians Stadium Żejtun ukoll ħadu l-punti massimi meta għelbu lit-tim tal-qiegħ Senglea 3 – 1. Viera fil-33 minuta poġġa lill-Corinthians fil-vantaġġ u sitt minuti wara Reid jagħmilhom tnejn. Fl-64 minuta Jan Tanti skorja ġmiel ta’ gowl li biħ naqqas id-distakk għat-tim tal-Isla. Madankollu tlett minuti biss wara Reid jerġa jsib ix-xibka għaż-żwieten għal skor finali ta’ 3 – 1.

 

Ritatt: MFA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com