Il-Qorti Ġibtuha Qisu Xarabank – L-Imħallef lil Muscat u Delia
Waqt li fil-Qorti dalgħodu qed tkompli l-kawża dwar it-tliet sptarijiet, qed jixhed l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat fejn qed jiġi mistoqsi mill-eks Kap tal-Oppożizzjoni u Eks Kap tal-PN Adrian Delia, dalgħodu l-Imħallef Francesco Depasquale f’ħin minnom waqaf u qalilhom li l-Qorti ġabuha qisha “Xarabank”.
Matul is-seduta ta’ dalgħodu kellu jixhed ukoll l-Eks Ministru Konrad Mizzi iżda l-Qorti ġiet infurmata li jinsab kwarantina.
Fix-Xhieda tiegħu, l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat qal li kif sar Prim Ministru, sab li d-Dipartiment tas-Saħħa kien qiegħed jikkrolla u ma kienx hemm flus biex jinxtraw il-mediċini, żied jgħid “ahseb u ara kemm seta jsir investiment fil-qasam tas-sahha”.
L-Eks Prim Ministru qal li kien hemm bord tal-għażla li ha ħsieb huwa x-xogħol dwar is-sehem tal-privat fil-qasam tas-saħħa. Żieda jgħid “jien qatt ma ndħalt fl-ebda proċess”.
Qal ukoll li d-deċiżjoni dwar is-sehem tal-privat fil-qasam tas-saħħa kienet tal-Kabinett u mhux tiegħu jew ta’ xi Ministru.
L-Eks Prim Ministru Joseph Muscat ċaħad li l-kuntratt dwar l-isptarijiet ifisser li t-tax payer qiegħed iħallas 250,000 ewro kuljum.