“Ma Nistgħux Nitfgħu Dawn Il-Kwistjonijiet Taħt It-Tapit… Il-Bidla Hija T-Triq ‘Il Quddiem” – Owen Bonnici

 “Ma Nistgħux Nitfgħu Dawn Il-Kwistjonijiet Taħt It-Tapit… Il-Bidla Hija T-Triq ‘Il Quddiem” – Owen Bonnici
Dalgħodu l-Ministru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-koordinazjoni għall-Istrateġija wara l-COVID-19 Owen Bonnici qasam il-ħsieb tiegħu fuq facebook dwar il-fehma tiegħu li taqbel ma’ dik tal-Prim Ministru Robert Abela; li jressaq ‘il quddiem u jitkellem dwar kwistjonijiet soċjali li huma importanti.
Tenna li t-triq ‘il quddiem għal pajjiżna hija aġenda progressiva li ma rridux ngħallqulha l-bieb.
“Fuq kull punt li semma l-Prim Ministru jien naqbel b’saħħti kollha li rridu nkomplu naġġornaw il-liġijiet biex inkunu sensittivi mar-realtajiet tan-nies li nirrappreżentaw. Sew jekk hi l-kwistjoni tat-tnaqqis taż-żmien ta’ stennija qabel wieħed jieħu divorzju, jew iktar twessiegħ tal-liġijiet dwar l-użu personali tal-kannabis jew l-issue tal-ewtanasja li rridu niddiskutuha b’mod miftuħ…”
Semma wkoll fost oħrajn, is-suġġett tal-prostituzzjoni li saħaq kemm jemmen b’mod sħiħ li dawn huma kwistjonijiet li rridu naġixxu fuqhom biex nimxu u nitbiddlu.
“Pajjiżna hekk jixraqlu”, temm il-Ministru Bonnici. X’taħsbu intom dwar dan?!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com