Ir-Rata Fl-Għoti Tal-Vaċċin Fid-Djar Tal-Anzjani Se Tiżdied B’Erba’ Darbiet
Il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia ħabbar li mit-Tnejn li ġej, ir-rata li biha qed jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19 fid-djar tal-anzjani se tkun qed tiżdied b’erba’ darbiet.
Qal li b’hekk se jiġi aċċellerat it-tilqim fid-djar kollha tal-anzjani bi skeda bejn djar immexxija minn setturi differenti. Żied li dan se jwassal ukoll biex ikun imħaffef il-proċess kollu f’pajjiżna u nirritornaw lejn in-normalità mill-aktar fis possibbli.
Dr Farruiga żied jgħid li permezz tal-wasla ta’ aktar vaċċini f’pajjiżna se jkompli jiskatta l-proċess tat-tilqim tal-anzjani li jgħixu fid-djar tagħhom.