Ir-Re Carlos Ta’ Spanja Kellu Żjara Minn Bintu L-Kbira Wara Li…

 Ir-Re Carlos Ta’ Spanja Kellu Żjara Minn Bintu L-Kbira Wara Li…

Ir-Re Carlos (Karlu) ta’ Spanja kellu żjara minn bintu l-kbira, Elena meta ċċelebra għeluq sninu eżiljat minn pajjiżu. Ir-Re għalaq 83 sena lbieraħ, 5 ta’ Jannar u qatta’ l-jum f’Abu Dhabi fejn ilu joqgħod minn Awwissu tal-2020 wara li ddeċieda li jitlaq mill-pajjiż.

Dan għamlu wara li qamet kontroversja sħiħa fuq kwistjonijiet finanzjarji.

Fir-ritratt li jidher mal-artiklu, ir-Re jidher fi stat għajjien u ġie kkritikat mill-Monarkisti Spanjoli.

Ritratt: IREKIA/CC BY 2.0/WIKIMEDIA COMMONS

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com