“Irridu Naħdmu Bħala Tim Malta, Ġejjin Minn Liema Kulur Politiku Tħaddnu” – Il-Prim Ministru

 “Irridu Naħdmu Bħala Tim Malta, Ġejjin Minn Liema Kulur Politiku Tħaddnu” – Il-Prim Ministru

Il-Prim Ministru Robert Abela tkellem f’attività politika llum il-Ħadd fejn semma’ l-Furjana li hija marbuta miegħu u fakkar fi kwistjoni li qamet fil-ġurnali ftit jiem ilu. Semma’ kif hu dejjem ried jgħin lil kulħadd mingħajd ma nagħtu kas ebda kulur politiku.

“It-tieni messaġġ: L-Umiltà u li nkunu saqajna mal-art”, qal il-Prim Ministru.

Semma’ wkoll li bħala Gvern qed jara li ħadd ma jispiċċa mingħajr dar u li l-persuni jkollhom assistenza legali b’xejn lejn dawk li jkunu sfurzati jitilqu minn darhom. Semma kif din qed tolqot lil eluf ta’ familji kif ukoll qed toqlot lis-sidien.

Semma li qed jifhem li din hija problema kumplessa u li bħala Gvern qed jaraw li ħadd ma jispiċċa mingħajr saqaf fejn jgħix. “L-importanza li naħdmu bħala tim, tim wieħed u tim magħqud; Tim Malta.”

Semma li l-Gvern huwa l-Gvern tal-Maltin u l-Għawdxin u “qegħdin hemmhekk biex mhux in-nies iservu lilna, imma aħna nservu lin-nies. Dan huwa messaġġ li jrid ikun relevanti mhux biss meta toqrob elezzjoni iżda dejjem…”, tenna l-Prim Ministru Abela.

Semma l-pandemija bħala waħda mill-iprem lezzjonijiet biex niġbdu ħabel wieħed. Faħħar it-tobba, nurses, suldati, pulizija u membri oħrajn tas-soċjetà tagħna. Fakkar ukoll li bħala poplu, urejna kif dawn il-karatteristiċi sbieħ huma verament dawk li jiddistingwuna.

Semma wkoll viżta li kellu flimkien ma’ Chris Fearne fir-Richmond Foundation din il-ġimgħa fejn semma li l-karba għas-saħħa mentali fil-pandemija żiedet għal 400 fil-mija. Tenna li kieku morna għal lockdown, kien ikun hawn iżjed tbatijiet fin-nies.

Semma kif din il-ġimgħa ġew imnedija sensiela ta’ miżuri li se jibdew minn għada 1 ta’ Frar fejn il-Gvern mexa b’miżuri fuq il-prinċipji ta’ bilanċ.

Qal li rajna li n-nies ikollhom it-tama u l-kuraġġ u kif mhux jasal il-Karnival, u jkollna sitwazzjoni agħar. “Kien għalhekk, li erġajna ħadna dawn id-deċiżjonijiet kalibrati imma li nħallu n-nies jgħixu.”

Fakkar x’qed jiġri madwarna, fi Sqallija, l-Italja u l-Greċja, il-Libja u fl-Ewropa kollha. Tenna kif il-Gvern huwa ffukat fuq is-setturi importanti għall-pajjiż u għan-nies.

Semma wkoll li għalkemm issemmew timelines bħal Marzu u Mejju, ma jfissirx li l-pandemija u l-effetti tagħha se jgħaddu mil-lum għal għada.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com