Is-Sopran Ta’ Fama Internazzjonali Tatiana Lisnic Fil-Każin Malti…

 Is-Sopran Ta’ Fama Internazzjonali Tatiana Lisnic Fil-Każin Malti…
Opportunità kulturali oħra fil-Kapitali Maltija, Valletta. Il-vuċi dehbiena u fina tas-Sopran ta’ fama internazzjonali, Tatiana Lisnic se tingħaqad man-noti melodiċi tal-arpa, f’idejn l-Arpista Prinċipali tal-Orkestra Nazzjonali, Britt Arend, għal rappreżentazzjoni ta’ ‘lieder’ bil-Franċiż, Ġermaniż u r-Russu.
Fost il-lieder li se jindaqqu hemm dawk ta’ Faure, Lizst, Strauss u Rachmaninoff. Titilfux din l-okkażjoni!
Din hija attività oħra kulturali bil-kollaborazzjoni tal-Valletta Cultural Agency.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com