Jindarab Gravi Wara Li Waqa’ Minn Fuq Trakk F’Għawdex

Tork ta’ 31 sena, weġġa’ gravi wara li dalgħodu waqa’ minn fuq trakk f’Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.00 a.m. kellu jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għax weġġa’ waqt li kien qiegħed jaħdem fi Triq l-Ewropa, ir-Rabat, Għawdex.
Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li waqt li r-raġel kien qiegħed iħott, żelaq u waqa’ minn fuq it-trakk.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.