Titħabbar id-data tal-funeral ta’ Rebecca Zammit Lupi

 Titħabbar id-data tal-funeral ta’ Rebecca Zammit Lupi

Rebecca Zammit Lupi ser tingħata l-aħħar tislima nhar l-Erbgħa fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan. Il-quddiesa tal-funeral se ssir fid-9am u se tkun immexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna.

Rebecca Zammit Lupi, tifla ta’ 15-il sena li lbieraħ mietet wara li kellha kanċer.

Dan tħabbar minn missier it-tifla, il-fotografu Darrin Zammit Lupi, li spjega wkoll li Rebecca kienet tħobb il-kuluri u għalhekk ħeġġeġ lil min se jattendi biex jilbsu l-kuluri.

Minħabba r-restrizzjonijiet kontra l-Covid-19 hemm numru limitat ta’ kemm jistgħu jattendu persuni għall-funeral u għalhekk in-nies li jistgħu jattendu se jiġu kkuntattjati mill-membri jew ħbieb tal-familja b’mod personali.

Appella dwar l-importanza li jintlibsu l-maskri fil-knisja u li tinżamm id-distanza soċjali.

Iċ-ċerimonja tal-funeral se tixxandar online.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com