Jingħataw Erbatax Il-Dgħajsa Lit-Tim Nazzjonali u Klabbs Lokali
Yachting Malta bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru tat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali taw b’donazzjoni, erbatax il-dgħajsa tal-ibburdjar għall-użu tat-tim nazzjonali tal-ibburdajr u klabbs lokali.
Il-preżentazzjoni saret fir-Royal Malta Yacht Club fil-preżenza tal-Ministru Ian Borg u rapprezentanti mill-klabbs li ibbenefikaw min din l-inizjattiva.
Qabel l-indirizz ta’merħba miċ-Chairman ta’ Yachting Malta is-Sur John Huber, Fr. Gordon Refalo, Kappillan tal-Parroċċa tal-Gżira ġie mistieden biex ibierek id-dgħajjes li Yachting Malta kienet qed tgħaddi lill-Malta Sailing Federation u l-klabbs tal-ibburdjar.
“Matul il-pandemija, Yachting Malta kella tikkanċella numru ta ‘avvenimenti. Il-finanzjament li qabel kien allokat għal dawn l-inizjattivi ġie trasferit lill-Federazzjoni u l-Klabbs affiljati. Huwa importanti li wieħed jinnota li l-Klabbs huma mmexxija fuq bażi volontarja, ħafna drabi mill-ġenituri tal-baħrin. Il-preżentazzjoni tal-lum hija parti mill-legat ta’Yachting Malta għall-isport bit-tama ta’ riżultati mtejba fix-xena internazzjonali ”
Yachting Malta ppreżentat ukoll ammont ta’ fondi li ġew allokati għal spejjeż ta’ taħriġ li nħarġu minn klabbs li ħadu sehem fir-regatta annwali tal-Euromed.
Fli-indirizz tiegħu, il-Ministru Ian Borg qal “B’dan l-investiment se nkunu qed inħeġġu aktar parteċipazzjoni kif ukoll nippromovu aktar il-quddiem l-isport tal-yacthing. Aħna rridu li Malta takkwista ukoll post fil-quċċata f’dik li hi klassifika meta tikkompeti ma’ pajjiżi oħra f’dan l-isport. Dan hu Gvern li jisma’ u li ma jinsa lil ħadd. B’hekk rajna li għandna nkunu aħna minn ta’ quddiem li noffru l-għajnuna meħtieġa lil dawn il-klabbs u l-federazzjonijiet sabiex ikomplu jitjiebu u jikbru f’dawk li huma ħiliet u kapaċitajiet.”
L-għażla tad-dgħajjes saret bil-għajnuna tal-Malta Sailing Federation, li ilha taħdem mill-qrib mal-klabbs u l-awtoritajiet biex tipprovdi opportunitajiet ta’ żvilupp għall-isport, li ra żieda sostanzjali fil- popolarità tiegħu fl-2020.
Dan l-investiment se jkun qed iservi ta’ kontribut għat-tħejjijiet li qed isiru mit-Tim Nazzjonali bi preparament għal-Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa li se jiġu ospitati f’Malta f’2023. It-team Nazzjonali Malti mistenni jingħata ħames laser boats.
Numru ta’ dgħajjes oħra – Laser Funboat, Laser Pico and Optimists ġew allokati lejn klabbs lokali tal-ibburdjar li huma affiljati mal-Malta Sailing Federation.
Il-Malta Young Sailors Club se tingħatalhom dgħajsa Optimist sabiex tintuza fit-tlielaq filwaqt li l-Birżebbuġa Sailing Club se jiggwadanjaw minn Laser Funboat. Il-Vikings Saling Club u ir-Royal Malta Yacht Club ser jingħatawlhom Laser Pico kull wieħed. Il-Vikings Sailing Club ser jingħata wkoll ħames dgħajjes Optimist li ser jintużaw għat-taħriġ.
Ritratt: Yachting Malta / Jonathan Borg