JItħassar il-Festival Ta’ Glastonbury Ta’ Din Is-sena

L-Organizzaturi ta’ Glastonbury għadhom kif ħabbru li l-festival ta’ din is-sena ser jerġa’ jitħassar.
Permezz tal-midja soċjali huma qalu li kontra dak li jixtiequ, il-festival ta’ din is-sena mhux se jsir minħabba l-Pandemija tal-Covid-19, dan wara li l-festival tas-sena li għaddiet tħassar ukoll minħabba l-Pandemija.
Glastonbury huwa wieħed mill-akbar festival’s madwar id-dinja u għalih jattendu aktar minn 200,000 persuna.