Jon Mallia Jesprimi Ammirazzjoni Kbira Lejn Scicluna U Jgħid Li Bih Fil-Parlament Iħossu Ferm Aħjar

 Jon Mallia Jesprimi Ammirazzjoni Kbira Lejn Scicluna U Jgħid Li Bih Fil-Parlament Iħossu Ferm Aħjar

Jon Mallia, personaġġ li spiss jikkritika u jisfida lil diversi politiċi u lill-awtoritajiet, illum kiteb pubblikament li għandu fiduċja sħiħa fil-Membru Parlamentari Laburista ġdid Oliver Scicluna, tant li qal li “jaħlef għalih dejjem”.

Mallia tella’ ritratt taż-żewġ irġiel flimkien li ttieħed dakinhar tat-tieġ ta’ Scicluna. Mallia kien ix-xhud ta’ Scicluna f’dan it-tieġ. “Dakinhar kien l-ewwel darba li qgħadtlu xhud lil dar-raġel, illum it-tieni, għax għal Jimmy naħlef dejjem”, kiteb Jon Mallia fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook.

Mallia jirreferi għal Oliver Scicluna bħala “Jimmy” iżda ma jispeċifikax għafejn, u qal li jekk irid jispjega Scicluna minn fejn ġie dan il-laqam.

Intant, Malli esprima b’mod espliċitu l-ammirazzjoni tiegħu lejn Scicluna, meta kiteb hekk: “Biex titwieled bl-ispina bifida u l-passatemp preferit tiegħek ikun il-breakdance irid ikollok bajd kwadru, jekk mhux forma t’emoji bil-bicep mqabbes”. Bla dubju li Mallia jħoss li l-Onorevoli Oliver Scicluna huwa persuna ta’ integrità u kapaċità kbira. Mallia għalaq il-kumment tiegħu billi qal li b’Scicluna jirrappreżentah (bħala ċittadin) fil-Parlament, huwa jħossu ferm aħjar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com