“Kienet Sena Ta’ Sfidi Imma Kont, Għadni U Se Nibqa’ Pożittiv U Ottimist” – Sena Minn Meta Robert Abela Sar PM
Il-Prim Ministru din il-ġimgħa ser ikun qed jgħalaq sena bħala Prim Ministru ta’ Malta. L-elezzjoni għas-siġġu ta’ Prim Ministru, li jġorr ħafna responsabbiltajiet u deċiżjonijiet kienet saret fil-11 ta’ Jannar 2020.
Fit-13 ta’ Jannar, Dr. Robert Abela ħa l-ġurament bħala Prim Ministru ta’ Malta. F’filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali, Abela qal li kien onest kif kien il-Gvern li jmexxi u li hekk ser jibqgħu jkunu.
“Din kienet sena deċiżiva fejn ħadna numru ta’ deċiżjonijiet kruċjali. Għax żammejna sodi, u konna bil-għaqal, id-deċiżjonijiet li ħadna se jgħinuna naħarbu sew ‘il quddiem.”
Tenna li din il-ġimgħa se jqattagħha qrib il-poplu, fil-komunitajiet fejn jgħixu u jaħdmu n-nies. Qal li diment li jibqa’ jingħata l-fiduċja “se nkun magħkom u tagħkom. Miegħi tafu fejn qegħdin.”
Awguri Prim Ministru.
Ritratt minn ġunju 2020: Facebook/ Robert Abela