L-Ajruplan Waqa’ Fil-Baħar B’Saħħa Enormi F’Inqas Minn Minuta

 L-Ajruplan Waqa’ Fil-Baħar B’Saħħa Enormi F’Inqas Minn Minuta

Instabet il-kaxxa s-sewda ta’ ajruplan tal-passiġġieri li kkraxxja fil-baħar wara li telaq minn Jakarta fl-Indoneżja s-sibt li għadda.

L-Ajruplan tat-tip Boeing 737 li kien qed iġorr 62 passiġġier għeb minn fuq ir-radar fil-vjaġġ tiegħu lejn Borneo. Il-kumpanija hija Sriwijaya Air.

Yusri Yunus, kelliem għall-pulizija ta’ Jakarta, qal li rċieva żewġ basktijiet li nġabru mit-tiftix li kienu jinkludu affarijiet personali tal-passiġġieri u baskett minnhom, kelli partijiet tal-iġsma.

Jidher li l-ajruplan niżel mat-3,000 metru f’inqas minn minuta b’saħħa qawwija, propju biss 4 minuti li telaq.

Intqal li kien hemm xhieda li semgħu u raw splużjoni qawwija. Sa issa għadu mhux magħruf il-kawża ta’ dak li ġara.

Ritratt: BBC

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com